Awdjo: Bħal-lum kien waqaf jopera l-ewwel lift tal-Barrakka

Bħal-lum fl-1973 kien waqaf jopera l-ewwel lift tal-Barakka, wara operat ta’ 67 sena. L-għeluq kien seħħ minħabba li kienu naqsu sew l-ammont ta’ baħrin internazzjonali fil-port il-kbir li kienu jagħmlu użu mil-lift.

L-infrastrutura tal-lift kienet ġiet żarmata fl-1983, u kien nbena lift ġdid li beda jopera fil-15 ta’ Diċembru 2012.

Ritratt: vassallohistory.com

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.