Awdjo: Bħal-lum kien waqaf ix-xandir tar-Rediffusion

Bħal-lum fl-1989 is-servizz tal-cable radio, xandir tar-radju bil-fili, magħruf hawn Malta bħala tar-Rediffusion, ġie uffiċjalment fi tmiem. Flimkien ma’ xandir bir-radju mill-militar Ingliż, is-serviżż tar-Rediffusion kien l-ewwel forma ta’ xandir pubbliku f’pajjiżna, u kien beda fis-sena 1935.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.