Awdjo: Bħal-lum kien twieled Robert Samut

Bħal-lum fl-istorja kienu twieldu żewġ kompożituri Maltin importanti: Alessandro Curmi fl-1801 u Robert Samut fl-1869.

Samut kien ikkompona l-mużika tal-Innu Malti u Curmi kien responsabbli għal diversi opri li niżlu tajjeb ħafna fl-Italja.

Robert Samut
Robert Samut

Bħal-lum ukoll, fl-1849 kien ħalliena l-kompożitur magħruf għall-mużika tal-pjanu Frederic Chopin.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.