Awdjo: Bħal-lum kien twieled Manwel Dimech

Bħal-lum fl-1860 kien twieled il-politku Malti Manwel Dimech, li tul ħajtu ħadem għal riformi soċjali biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ammont kbir ta’ nies foqra li kien hawn fil-pajjiż.

Huwa kien ukoll ġurnalist u filosofu. Minħabba t-twemmin ikkunsidrat revoluzzjonarju tiegħu, Dimech kien eżiljat minn pajjiżna u miet fl-Eġittu fl-1921.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.