Awdjo: Bħal-lum kien twieled Mahatma Gandhi

Bħal-lum fl-1869 kien twieled l-attivist politiku Indjan Mahatma Gandhi magħruf għat-twemmin tiegħu fi protesti paċifiċi u diżubbidjenza ċivili kontra l-awtorità bħala għodda li twassal għall-bidla.

Ritratt: Mahatma Gandhi. Instagram/@history.guider

Huwa kien ġie assassinat fl-1948.

U bħal-lum fl-1925 l-Iskoċċiż John Logie Baird irnexxielu jagħmel l-ewwel xandira televiżiva fil-laboratorju tiegħu.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.