Awdjo: Bħal-lum kien twieled l-attur Ħamruniż Angelo Muscat

Bħal-lum fl-1930 kien twieled Angelo Muscat, attur Ħamruniż ta’ statura qasira ħafna, li emigra lejn l-Ingilterra u għamel isem jirreċta f’diversi programmi televiżivi u films fis-snin 60 u 70.

Fost dawn kien hemm Doctor Who, The Prisoner, Willy Wonka and the Chocolate Factory u l-film Magical Mystery Tour tal-Beatles.

Angelo Muscat f’xena mill-episodju It’s Your Funeral mis-sensiela The Prisoner

Huwa ħalliena nhar l-10 ta’ Ottubru tal-1977.