Awdjo: Bħal-lum kien twieled John Lennon

Bħal-lum fl-1974 kien miet in-negozjant Ġermaniż Oskar Schindler, li ħidmietu tul it-Tieni Gwerra Dinjija biex jipproteġi l-Lhud mill-Olokawst kien immortalizzat fil-film Schindler’s List.

U bħal-lum fl-1978 kien ħalliena l-poeta u kantant Belġjan Jacques Brel.

Illum jagħlaq sninu l-attur Ingliż Brian Blessed, stilla tal-film Flash Gordon u magħruf għall-vuċi qawwija tiegħu. Jagħlaq ukoll sninu l-attur magħruf għas-serje Quantum Leap Scott Bakula, il-politiku Ingliż David Cameron u l-mudella Bella Hadid.

Bħal-lum fl-1940 kien twieled il-mużiċist u kantant leġġendarju John Lennon li kien inqatel fl-1980.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.