Awdjo: Bħal-lum kien twieled Ġan Anton Vassallo

Bhal-lum fl-1817 kien twieled fil-Belt Valletta il-poeta u kittieb Ġan Anton Vassallo.

U bħal-lum fl-1919 l-istudenti tal-Università, li dak iż-żmien kienet fil-Belt Valletta, qajmu storbju minħabba li kienu ġew mċaħħda minn ċerti drittijiet. Dan jista’ jitqies bħala l-bidu tal-irvell li nxtered u baqa’ magħruf bħala tas-Sette Giugno.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.