Awdjo: Bħal-lum kien twieled Charles Clews

Bħal-lum fl-1919 kien twieled il-kittieb, xandar u attur komiku Charles Clews, persuna li ferħet eluf ta’ nies tul il-karriera twila tiegħu fuq il-palk u fuq ix-xandir lokali, anki fi żminijiet diffiċli bħal tul it-Tieni Gwerra.

Huwa kien magħruf għal ċajt tradizzjonali bħal dawk dwar il-kunjata, li fil-fatt, kellu relazzjoni tajba ħafna magħha.

Clews kien ħalliena fl-2009.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.