Awdjo: Bħal-lum kien seħħ l-unika ħtif ta’ ajruplan tal-Air Malta fl-istorja

Bħal-lum fl-1997 kien seħħ l-unika ħtif ta’ ajruplan tal-Air Malta fl-istorja. Żewġ Torok abbord ġiegħlu lill-pilota jniżżel l-ajruplan b’74 passiġġier abbord fil-Ġermanja, fejn talbu l-ħelsien mill-ħabs ta’ Ali Agca, li 16-il sena qabel, kien ipprova joqtol lill-Papa Ġwanni Pawlu II.

Il-pirati tal-ajru ċedew f’idejn il-pulizija sagħtejn wara li niżel l-ajruplan u nstab li l-armi li kellhom kienu finta.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.