Awdjo: Bħal-lum kien sar il-funeral tal-Prinċipessa Diana

 

Bħal-lum fl-1997, kien sar il-funeral tal-Prinċipessa Diana f’Londra. Il-kantant Elton John kien kanta waħda mid-diski famużi tiegħu, Candle in the Wind, b’lirika ġdida, li titratta lill-Prinċipessa. Din il-verżjoni hi waħda mill-aktar diski li qatt inbiegħu fl-istorja tal-mużika popolari.

X’ġara iktar fis-6 ta’ Settembru tas-snin l-imgħoddija?

  • Fl-1975, it-tennista Ċeka Martina Navratilova kienet talbet ażil politiku waqt li kienet qed tilgħab f’turnament fl-Istati Uniti. F’dak iż-żmien, pajjiżha kien għadu mjassar minn dittatorjat komunista. Navratilova eventwalment kompliet biex saret l-iktar tennista li għamlet suċċess tal-ġenerazzjoni tagħha.

Illum:

  • Il-festa ta’ San Manju ta’ Fussen
  • Jum il-Ġelat tal-Kafè

Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz ta’ 103