Awdjo: Bħal-lum kien miet Michael Jackson

Bhal-lum fl-2009 kien miet bla mistenni fl-età ta’ 50 sena l-aktar showman magħruf fid-dinja, Michael Jackson.

Bħal-lum fl-1966 il-Beatles kienu fil-quċċata tal-klassifika Amerikana bid-diska Paperback Writer. U bħal-lum fl-1984 kien ħareġ għall-bejgħ l-album Purple Rain ta’ Prince.

Ukoll bħal-lum fl-1988 l-Amerikana Debbie Gibson saret l-unika artista s’issa li kitbet, ipproduċiet u kantat diska li waslet san-numru wieħed fl-Amerika: id-diska Foolish Beat.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.