Awdjo: Bħal-lum kien miet Fr Donat Spiteri

Bħal-lum fl-2011 kien ħalliena fl-età ta’ 89 sena l-patri Franġiskan Donat Spiteri, awtur ta’ diversi kotba reliġjużi u responsabbli għat-traduzzjoni tal-Bibbja għall-Malti fis-Snin 80.

Kien ukoll fundatur tal-fuljett popolari Kliem il-Ħajja li jagħti tagħrif dwar l-interpretazzjoni tal-Bibbja.

Patri Donat Spiteri kien kappillan tal-Parroċċa tat-Trinità Qaddisa, il-Marsa bejn l-1958 u l-1967 fejn ħa ħsieb ukoll li jinbena ċ-Ċentru Parrokkjali San Piju X tal-Marsa. Kien ukoll kappillan tal-Parroċċa ta’ Lourdes, San Ġwann bejn l-1983 u l-1991.

Patri Donat Spiteri

Isma’ l-awdjo biex tkun taf aktar x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.