Awdjo: Bħal-lum kien miet Fabrizio Frizzi

Bħal-lum fl-2018 kien miet fl-età ta’ 60 sena l-preżentatur Taljan Fabrizio Frizzi.

Bħal-lum fl-1827 kien miet il-kompożitur famuż, meqjus fost l-aqwa tal-mużika klassika, Ludwig van Beethoven. U bħal-lum fl-1881 kien twieled id-disinjatur tal-moda Guccio Gucci. Huwa kien miet fl-1953.

Ukoll bħal-lum fl-1911 kien twieled wieħed mill-aktar drammaturgi rispettati Amerikani, Tennessee Williams, li kien ħalliena fl-1983.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.