Awdjo: Bħal-lum kien miet Dun Mikiel Xerri

Bħal-lum fl-1799 kienet seħħet l-eżekuzzjoni ta’ Dun Mikiel Xerri, qassis minn Ħaż-Żebbuġ ta’ 61 sena li kien mexxa konfoffa kontra t-tmexxija Franċiża f’Malta.

Xerri kien inqabad fil-Belt Valletta meta din waqgħet taħt assedju mir-ribelli Maltin mgħejuna minn forzi Ingliżi u Portugiżi. Flimkien ma’ Xerri kienu nqatlu 49 persuna oħra involuti fil-pjan.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.