Awdjo: Bħal-lum kien ittieħed dan il-famuż ritratt

Bħal-lum fl-1969 ittieħed il-famuż ritratt tal-Beatles qed jaqsmu t-triq għall-qoxra tal-album tagħhom Abbey Road. Fil-fatt, ir-ritratt ittieħed minn ċertu Ian McMillen proprja f’dik it-triq.

Bħal-lum fl-1960 id-diska numru wieħed fl-Amerika kienet Itsy Bitsy Teeny Weeny Yellow Polka Dot Bikini ta’ Brian Hyland, kantant li kellu biss 16-il sena.

30 sena wara fl-1990, DJs Ingliżi bl-isem ta’ Bombalurina ħarġu verżjoni ġdida tal-istess kanzunetta li ddominat ix-xena Ewropea dak is-sajf.  

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.