Awdjo: Bħal-lum kien intuża kanun tal-ilma biex jitwaqqaf ġlied waqt partita futbol

Skond l-istoriku tal-futbol lokali Carmel Baldacchino, bħal-lum fl-1957 kienet l-ewwel darba fl-istorja li intuża kanun tal-ilma biex jitwaqqaf ġlied bejn partitarji tal-futbol f’Malta.

Il-partita, fl-Empire Stadium, kienet bejn is-Sliema u l-Hibernians u l-ġlied inqala meta s-Sliema kienu 3-0 minn fuq.

Sfortunatament, jidher li l-ewwel tixribha ħaduha dawk li kienu fil-VIP stand, allavolja ma kienux involuti fl-inkwiet.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja.

19 ta’ Ottubru 1957

Din l-informazzjoni twasslet waqt Today In History li jixxandar fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.