Awdjo: Bħal-lum kien infetaħ il-Kanal ta’ Suez

Bħal-lum fl-1869 kien infetaħ il-Kanal ta’ Suez fl-Eġittu, li minnu setgħu jgħaddu l-vapuri tal-merkanzija u b’hekk iqassru l-vjaġġi tagħhom bejn l-Ewropa ta’ Fuq u l-Asja, minflok jagħmlu l-vjaġġ twil madwar il-kontinent tal-Afrika.

Il-ftuh ta’ dan il-kanal fisser ħafna aktar traffiku kummerċjali fil-Mediterran u b’hekk aktar opportunità ta’ negozju għall-Maltin.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.