Awdjo: Bħal-lum kien iġġarraf ajruplan fuq Ħaż-Żabbar

Bħal-lum fl-1975 kien iġġarraf ajruplan militari kbir tat-tip Avro Vulcan fuq Ħaż-Żabbar, bil-mewta ta’ mara li ntlaqtgħet minn fili tal-elettriku li tqaċċtu meta waqgħu partijiet tal-ajruplan. Kienu tilfu ħajjithom wkoll ħames membri tal-ekwipaġġ.

Il-pilota u l-ko-pilota laħqu qabżu bil-paraxutt u salvaw, imma 20 ruħ li kienu fl-inħawi, inkluż tfal, spiċċaw l-isptar minħabba ġrieħi li ġarrbu.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-sni imgħoddija.