Awdjo: Bħal-lum kien ħareġ The Ten Commandments

Il-5 ta’ Ottubru hija waħda importanti fl-istorja taċ-ċinema. Bħal-lum fl-1955 ħareġ għall-wiri l-film epiku The Ten Commandments, b’Charlton Heston fil-parti ta’ Mosè u Yul Brynner fil-parti tal-Farawni.

Bħal-lum sitt snin wara ħareġ għall-wiri Breakfast at Tiffany’s, li għamel stilla minn Audrey Hepburn. Magħha f’dan il-film kien ħadem George Peppard, li fis-Snin 80 reġa’ kiseb popolarita grazzi għas-serje The A-Team.

Imbaghad, fl-1962 ħareġ l-ewwel film ta’ James Bond, Dr No.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.