Awdjo: Bħal-lum kien ħareġ il-film Frozen

Bħal-lum fl-2013 kien ħareġ il-film animat Frozen, wieħed mill-aktar films animati ta’ suċċess ta’ kull żmien.

Bħal-lum fl-1940 kien twieled l-attur u espert tal-arti marzjali Bruce Lee, li ismu proprja kien Lee Yeun Kam. Huwa kien ħalliena fl-1973, fl-età ta’ 32 sena, minħabba puplesija li tagħtu b’reazzjoni għal mediċina ta’ kontra l-ugigħ li kien ħa.

U bħal-lum fl-2013 kien ħalliena fl-età ta’ 67 sena l-attur Ingliż Lewis Collins, wieħed mill-protagonisti tas-serje The Professionals.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fl-istorja.