Awdjo: Bħal-lum kien ġie inawgurat l-Empire Stadium

Bħal-lum fl-1922 kien ġie inawgurat l-Empire Stadium tal-Gżira, b’partita bejn membri tal-ekwipaġġ tal-bastiment Ingliż HMS Ajax u għażla tal-aqwa plejers Maltin ta’ dak iż-żmien.

Il-partita kienet intemmet fi draw ta’ 1-1.

Meta fetaħ, l-Empire Stadium kien meqjus bħala stadium modern u pass kbir ‘il quddiem meta mqabbel ma’ dawk fejn kien jintlagħab il-futbol qabel.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Ritratt: Facebook/Malta&InternationalFootballCollection

Din l-informazzjoni twasslet illum waqt Today In History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.