Awdjo: Bħal-lum kien iġġarraf ajruplan fil-Belt Valletta

Bħal-lum fl-1941 ajruplan tal-gwerra Taljan iġġaraf fi Triq ir-Republika, il-Belt Valletta, dak iż-żmien magħrufa bħala Strada Rjali, wara battalja fl-ajru bejn ajruplani Taljani u Ingliżi.

Peress li kien għaddej air raid, kulħadd kien qed jistkenn fix-xelters u b’hekk ma weġġa’ ħadd ħlief il-bdot Taljan, li pprova jaqbeż bil-paraxutt imma ma rnexxilux.

Eżatt sentejn wara, ir-Re Taljan Vittorio Emanuele aċċetta r-riżenja tal-mexxej Faxxist tal-Italja, Benito Mussolini, li kien daħħal lil pajjiżu fi gwerra li wasslet għall-invażjoni u l-waqgħa ta’ Sqallija f’idejn l-Alleati.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.