Awdjo: Bħal-lum kien faqqa’ l-iskandlu ta’ Milli Vanilli

Bħal-lum fl-1990, skandlu kbir fid-dinja tal-ispettaklu. Il-produttur tal-mużika, il-Ġermaniż Frank Farian, kien ħabbar li ż-żewġ membri tad-duo Milli Vanilli ma kienux kantaw fuq il-kanzunetti li bihom kienu għamlu suċċess kbir u anki rebħu premjijiet internazzjonali.

Għal min ma jafx, din ma kinietx l-ewwel darba li Farian kien għamel suċċess bl-immaniġjar ta’ grupp b’dehra attraenti imma b’nuqqas ta’ talent vokali.

Per eżempju, Farian innifsu kien il-vuċi maskili tal-grupp Boney M, mhux kif jaħsbu ħafna, iż-żeffien Bobby Farrell, li kien ikun wara l-mikrofonu meta l-grupp kien jidher fuq it-televiżjoni.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.