Awdjo: Bħal-lum kien beda l-ħtif tal-Egyptair

Bħal-lum fl-1985 kien beda l-ħtif ta’ ajruplan tal-Egyptair minn terroristi tal-grupp Palestinjan Abu Nidal.

Dan l-episodju kellu tmiem imdemmi f’Malta l-għada meta suldati Eġizzjani ngħataw permess jaħbtu għall-ajruplan waqt li kien wieqaf fl-ajruport ta’ Ħal Luqa, bl-intenzjoni li jeħilsu l-ostaġġi u jarrestaw lit-terroristi.

Il-ħbit mar żmerċ u mietu 58 passiġġier u żewġ terroristi.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja.