Awdjo: Bħal-lum intlagħbet partita bejn Malta u l-Ingilterra bħala parti mill-100 sena tal-MFA

Bħal-lum fis-Sena 2000 kienet intlagħbet f’Ta’ Qali partita futbol ta’ ħbiberija bejn Malta u l-Ingilterra ta’ Beckham, Neville, Scholes u Shearer, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-100 sena tal-Malta Football Association.

L-Ingliżi kienu rebħu 2-1 bil-gowl Malti jiġi skurjat minn David Carabott.

Ritratt: Facebook: Malta & International Football Collection / Tonio & Karl Farrugia

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twasslet permezz ta’ Today in History li tixxandar fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.