Awdjo: Bħal-lum inqatlet Benazir Bhutto

Bħal-lum fl-2007 l-eks Prim Ministru tal-Pakistan Benazir Bhutto kienet assassinata f’attakk suwiċida waqt meeting pubbliku tal-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet li kellhom isiru fis-sena ta’ wara.

Għadu qatt ma ġie stabbilit min kien ordna li jsir dan l-attakk.

U bħal-lum fl-1983 il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni kien żar fil-ħabs lil Mehmet Ali Agca, it-Tork li kien spara tiri lejh sentejn qabel, u ħafirlu tal-attentat.

Benazir Bhutto

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja.