Awdjo: Bħal-lum inqatel Muammar Gaddafi

Bħal-lum fl-2011 inqabad u ġie maqtul il-mexxej Libjan Muammar Gaddafi, fit-tmiem tar-rivolużjoni nazzjonali Libjana li kienet bdiet ftit xhur qabel. Din ir-rivoluzzjoni kienet poġġiet lil pajjiżna taht il-lenti tal-midja internazzjonali minħabba l-eluf ta’ ċittadini ta’ diversi pajjiżi li kellhom jgħaddu mill-portijiet u l-ajruport tagħna fi triqithom lura lejn pajjiżhom meta ħarbu mill-konflitt.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.