Awdjo: Bħal-lum inbiegħet l-ewwel Rubik’s Cube

Bħal-lum fl-1980 kienet ħarġet għall-bejgħ għall-ewwel darba ir-Rubik’s Cube waqt fiera tal-ġugarelli f’Londra.

Dan il-ġugarell huwa meqjus minn ħafna bhala l-aktar logħba ta’ taħbil il-moħħ popolari ta’ kull żmien, u possibiliment l-aktar ġugarell li qatt inbiegħ fl-istorja. Ir-rekord ta’ l-inqas ħin meħud biex tissolva r-Rubik’s Cube qiegħed għand Ċiniż bl-isem ta’ Du Yusheng li fl-2018 solvieha fi 3.47 sekonda.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.