Awdjo:  Bħal-lum in-NATO ħalliet Malta għal Napli

Bħal-lum fl-1971, il-Kwartieri Ġenerali tal-Mediterran tal-Organizzazzjoni NATO għalqet il-bibien f’Malta u marret Napli fl-Italja.

X’ġara iktar fil-21 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

  • Fl-1959, il-gżejjer tal-Hawaii saru parti mill-Istati Uniti tal-Amerika – il-50 stat
  • Fl-1911, il-famuża pittura Mona Lisa nsterqet mil-Louvre ta’ Pariġi minn impjegat Taljan tal-mużew. Huwa żammha moħbija fl-appartament tiegħu għal sentejn imma nqabad meta ddeċieda li jikkuntattja negozjanti tal-arti, biex jipprova jbigħhielu. Il-pittura reġgħet tpoġġiet f’posta fl-1913.
  • Fl-1942, ħareġ għall-wiri, l-ewwel verżjoni tal-film ta’ Disney, Bambi.
  • Fl-1987, ħareġ għall-wiri Dirty Dancing, bl-atturi Patrick Swayze u Jennifer Grey fil-partijiet prinċipali
  • Fl-2005, miet Robert Moog, dak li fl-1970, ivvinta l-ewwel synthesiser tal-mużika, magħmul b’tali mod li jista’ jindaqq bil-keyboard u jista’ jiġi ttrasportat faċilment. L-eżistenza ta’ dan l-istrument bdiet it-triq tal-użu tal-ħsejjes elettroniċi fil-mużika popolari.

Illum

  • Il-festa ta’ San Piju XI
  • Il-festa ta’ San Bernard Tolomeo, il-padrun ta’ dawk li jkabbru s-siġar taż-żebbuġ
  • Jum l-Anzjani
  • Jum il-Poeti

Għeluq snin:

  • L-attriċi tas-serje Sex & the City, Kim Cattrall
  • L-isprinter Olimpiku mill-Ġamajka, Usain Bolt
  • Il-kantant tal-mużika country Kenny Rogers
  • Il-komiku Malti Alan Montanaro

Produzzjoni u qari: Colin Fitz ta’ 103.