Awdjo: Bħal-lum il-Hibernians kellhom partita importanti fl-Empire Stadium

Bħal-lum fl-1969 Hibernians FC kienu lagħbu partita tat-Tazza taċ-Champions tal-UEFA fejn kienu żammu lit-tim qawwi Ċekk ta’ Spartak Dvarna bi skor ta’ 2-2 fl-Empire Stadium.

It-tim tal-Hibernians għal din il-partita tal-1969. Ritratt: Facebook/ Tonio & Karl Farrugia Football Collection

Din l-informazzjoni twasslet waqt il-programm Today in History li tixxandar fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf aktar x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.