Awdjo: Bħal-lum il-Eurovision intrebaħ b’Puppet on a String

Bħal-lum fl-1967 kienet rebħet il-Eurovision Song Contest l-Ingliża Sandie Shaw, bil-kanzunetta Puppet on a String.

Sandie Shaw fil-Eurovision

Id-diska numru wieħed fl-Ingilterra bħal-lum fl-1995 kienet Back for Good ta’ Take That. U bħal-lum fl-2010 kien ħalliena Malcolm McLaren, il-moħħ wara gruppi bħal Sex Pistols u Bow Wow Wow, li ħafna jqiesuh bħala wieħed mill-kreaturi tax-xena Punk tas-Snin 70.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.