Awdjo: Bħal-lum il-Brażil rebħu t-tieni Tazza tad-Dinja infila

Bħal-lum fl-1962 kienet intlagħbet il-finali tat-tournament tat-Tazza tad-Dinja taċ-Ċili, bejn il-Brażil u ċ-Ċekoslovakkja.

Iċ-Ċeki skurjaw l-ewwel, imma l-Brażiljani ħargu rebbieħa bi skor ta’ 3 – 1. B’hekk rebħu t-tieni Tazza tad-Dinja infila, wara r-rebħa tal-1958.

L-istilla tagħhom, Pelè, kien weġġa’ fit-tieni partita u ma’ kellu l-ebda sehem fil-kumplament tat-turnament.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni titwassal waqt Today In History fuq l-istazzjon 103, Malta’s Heart.