Awdjo: Bħal-lum il-Bee Gees kienu fil-quċċata tal-klassifika Amerikana

Bħal-lum fl-1976 il-Bee Gees telgħu fil-quċċata tal-klassifika Amerikana bid-diska You Should Be Dancing, il-kanzunetta li poġġiethom fit-triq biex isiru leġġendi tad-diskoteka fit-tlett snin ta’ wara.

Kienet ukoll l-ewwel diska li fiha Barry Gibb kanta bil-falsetto, xi ħaġa li baqgħet assoċjata mal-grupp minn dak inhar ‘il quddiem.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.