Awdjo: Bħal-lum il-Beatles kienu fil-quċċata tal-klassifiċi

Bħal-lum fl-1966 id-diska numru wieħed fl-Ingilterra kienet Yellow Submarine tal-Beatles.

Sena wara, seħħet dik li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar stejjer leġġendarji tad-dinja tar-rock ‘n roll: id-drummer tal-grupp The Who, Keith Moon, saq karozza għal ġo pixxina ta’ dar li fiha kien mistieden għal party ta’ għeluq sninu.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.