Awdjo: Bħal-lum iġġarraf ajruplan f’Ħal Kirkop

Bħal-lum fl-2016 kien iġġarraf ajruplan militari Franċiż ftit wara li telaq mill-ajruport ta’ Malta. L-ajruplan waqa’ fuq triq f’Ħal Kirkop u ħalla l-ekwipaġġ ta’ tnejn u tlett passiġġieri mejta, iżda ma ħalla l-ebda vittmi mal-art.

Bħal-lum fl-istorja rajna jumejn koroh fid-dinja tal-finanzi, jiem li ħallew impatt ħażin fuq l-ekonomija tad-dinja fis-snin ta wara. Dak tal-1929 baqa’ msejjaħ Black Thursday u dak tal-2008 baqa’ magħruf bħala Bloody Friday.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.