Awdjo: Bħal-lum iddebbuttaw ħafna sensiliet popolari

Ħafna programmi televiżivi popolari kienu ddebbutaw bħal-lum fl-istorja.

Fit-22 ta’ Settembru tal-1957 kien ixxandar l-ewwel episodju tas-serje Western Maverick, b’James Garner fil-parti prinċipali.

U fl-1976 kienet iddebbuttat is-sensiela famuża Charlie’s Angels.

Bħal-lum fl-1989 rajna għall-ewwel darba lil Pamela Anderson u David Hasselhoff bil-malja f’Baywatch filwaqt li fl-1994, is-serje komika Friends rat id-debutt tagħha fuq it-televiżjoni Amerikana.

U xi ngħidu għall-ewwel episodju ta’ Lost, li xxandar bħal-lum fl-2004?

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.