Awdjo: Bħal-lum Hey Jude kienet fil-quċċata tal-klassifika

Bħal-lum fl-1968 kienet telgħet fl-ewwel post fil-klassifika fl-Amerika Hey Jude tal-Beatles. Damet fil-quċċata tal-klassifika għal 9 ġimgħat.

U ħhal-lum fl-2009, mietet Lucy Vodden fl-età ta’ 46 sena minħabba l-marda tal-Lupus. Vodden kienet ħabiba tal-iskola tat-tifel ta’ John Lennon, li kienet l-ispirazzjoni għad-diska Lucy in the Sky With Diamonds, li Lennon kiteb wara li ibnu wrieh stampa ta’ Lucy li kien pinġa fil-klassi.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fis-snin imgħoddija.