Awdjo: Bħal-lum ħareġ The Maltese Falcon

Bħal-lum fl-1941 ħareġ għall-wiri The Maltese Falcon b’Humphrey Bogart fil-parti prinċipali. Ir-rabta ma’ Malta f’dan il-film hija żgħira ħafna: il-figura tal-falkun Malti li fuqha tiċċentra l-istorja, hija rappreżentazzjoni tal-falkun li kellu jingħata darba fis-sena bħala ċens fuq il-gżejjer Maltin mill-Kavallieri ta’ San Ġwann lis-sid tal-gżejjer, ir-Re ta’ Spanja.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.