Awdjo: Bħal-lum ħareġ l-ewwel film ta’ Star Trek

Bħal-lum fl-1979 kien ħareġ għall-wiri l-ewwel film ta’ Star Trek b’William Shatner, Leonard Nimoy, DeForrest Kelley, Nichelle Nicholls u George Takei.

Dan il-film kien inħadem wara li fl-1966 kienet bdiet tinħadem serje televiżiva li damet għaddejja tliet snin.

L-ewwel film, Star Trek: The Motion Picture kien l-ewwel wieħed minn sitt li kienu nħadmu, iżda fis-snin ta’ wara kienu nħadmu aktar films, din id-darba mis-sensiela Star Trek: The Next Generation, filwaqt li bejn l-2009 u l-2016 inħadmu tliet films ġodda b’cast kompletament ġdid.

Isma’ l-awdjo beix tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja.