Awdjo: Bħal-lum ġiet reġistrata l-ikbar attendenza għal partita futbol f’Malta

Bħal-lum fl-1984 ġiet reġistrata l-ikbar attendenza għal partita futbol f’Malta, meta 35,102 persuna ppalkjaw fl-istadium nazzjonali f’Ta‘ Qali biex raw lit-tim nazzjonali ta‘ Malta jitlef kontra l-Ġermanja tal-Punent bi skor ta’ 2-3.

Illum minħabba regoli tal-UEFA li ġew introdotti matul is-snin, l-istadium nazzjonali għandu siġġijiet għal ftit inqas minn 17,000.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fl-istorja.

Dan it-tagħrif twassal waqt Today in History fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.