Awdjo: Bħal-lum ġiet irreġistrata l-ewwel vacuum cleaner

Bħal-lum fl-1901 ġiet irreġistrata l-ewwel vacuum cleaner, minn ċertu Hubert Cecil Booth fl-Ingilterra. Din kienet tant kbira li kienet mibnija fuq karrettun taż-żwiemel u kienet tibqa’ barra d-dar filwaqt li Booth kien jidħol għand in-nies b’katusa twila u jiġbed l-għabra biha.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.