Awdjo: Bħal-lum ġiet iffurmata l-Gozo Channel

Bħal-lum fl-1979 kienet ġiet iffurmata l-kumpanija Gozo Channel, li bdiet tħaddem l-akbar bastiment li qatt intuża għat-traġitt bejn Malta u Ghawdex, bl-isem ta’ MV Għawdex. Dan kien jiflaħ 120 karozza u 1,200 passiġġier. It-tlett vapuri tal-lum jifilħu 138 karozza u 900 passiġġier.

Qabel ma ġiet iffurmata din il-kumpanija, il-vjaġġ bejn Malta u Għawdex kien isir permezz ta’ vapuri żgħar ta’ diversi kumpaniji u anki sidien privati. Fil-fatt, bħal-lum fl-1850 kienet għerqet waqt maltempata dgħajsa mgħobbija ġebel ta’ Għawdex fid-daħla tal-Port il-Kbir, 5 baħħara kienu mietu fl-għarqa.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.