Awdjo: Bħal-lum ġie ppublikat it-tieni ktieb ta’ Harry Potter

Bħal-lum fl-1998 kien ġie ppublikat fl-Ingilterra Harry Potter and the Chamber of Secrets, it-tieni ktieb fis-serje maġika.

Illum fl-1980 kien ħareġ għall-wiri l-film komiku Airplane!, filwaqt li dak li hu meqjus minn bosta bħala l-agħar film li qatt inħadem, Plan 9 From Outer Space, kien ħareġ għall-wiri bħal-lum fl-1959.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.