Awdjo: Bħal-lum ġie inawgurat l-ajrudrom tal-Qrendi

Bħal-lum fl-1942 il-Gvernatur Ingliż ta’ Malta Lord Gort inawgura l-ajrudrom tal-Qrendi, magħruf ukoll bħala ta’ San Niklaw, żewġ runways, power station żgħira taħt l-art u binjiet għal manutenzjoni li setgħu jintużaw minn ajruplani tal-gwerra Ingliżi u Amerikani fil-battalji li kien imiss tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Dan l-ajrudromm baqa’ jintuża sal-1956, u kien wieħed minn sitt ajrudrommi li kien hawn fil-gżejjer Maltin waqt dik il-gwerra.

Ritratt: qrendilocalcouncil.org.mt

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija