Bħal-lum fl-1914, il-Floriana kienu rebħu l-kampjonat Malti wara rebħa 2-0 fil-partita deċisiva kontra St George’s. Din il-partita ġabet fi tmiem staġun kontroversjali magħruf bħala dak tal-Ħamsa Ċikk, fejn allegazzjonijiet ta’ tixħim u manuvri mhux sportivi tat-timijiet barra mill-grawnd tal-Mile End tappnu l-isem tal-kampjonat lokali.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.
Din l-informazzjoni hija mwassla waqt Today in History fuq 103, Malta’s Heart.