Awdjo: Bħal-lum f’Malta kienet feġġet l-influwenza Spanjola

Bħal-lum fl-1918 feġġet l-influwenza Spanjola f’Malta, li sa Diċembru tal-1919 infettat 19,364 persuna u qatlet 830 minnhom. Fil-qofol tal-kriżi, bejn Ottubru u Diċembru tal-1918, l-iskejjel inżammu magħluqa u ttieħdu ħafna prekawzjonijiet oħra biex il-marda ma tinfirix.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.