Awdjo: Bħal-lum fl-2017 kienet ċediet it-Tieqa tad-Dwejra

Bħal-lum fl-2017 kienet waqgħet it-Tieqa tad-Dwejra waqt riefnu li kien ħakem il-gżejjer Maltin. Apparti li ħasdet lill-Maltin u l-Għawdxin, din l-aħbar nxterdet u ġiet irrappurtata minn mezzi tax-xandir madwar id-dinja, probabbilment minħabba d-dehra ta’ din il- formazzjoni ġeoloġika f’diversi films, partikolarment fis-serje Game of Thrones.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.