Awdjo: Bħal-lum fl-2002 Ira Losco kienet ġiet it-tieni fil-Eurovision

Bħal-lum fl-2002, Ira Losco kienet ġiet it-tieni fil-Eurovision Song Contest, li kien ittella’ f’Talinn l-Estonja. Hija kienet kantat il-kanzunetta Seventh Wonder, kompożizzjoni ta’ Gerard James Borg u Philip Vella.

Kien fl-aħħar nett tal-votazzjoni biss li r-rebħa kienet marret għall-kantanta Marie N tal-Latvja, wara li għal ħafna ħin deher li r-rebħa kienet se tkun ta’ Malta.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħa-lum fis-snin imgħoddija.