Awdjo: Bħal-lum fl-1984 l-akbar attendenza għal partita futbol f’Malta

Bħal-lum fl-1984 ġiet irreġistrata l-ikbar attendenza għal partita futbol f’pajjiżna, meta 35,102 persuni ppakjaw fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali biex raw lit-tim nazzjonali ta’ Malta jitlef kontra l-Ġermanja tal-Punent b’riżultat ta’ 2-3.

Illum minħabba regoli tal-UEFA li ġew introdotti tul is-snin, l-istadium nazzjonali għandu siġġijiet għal ftit inqas minn 17,000.

Ritratt: Facebook/Malta an International Football Collection

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.